Bosta urtati bil-kummenti ta’ Simon Busuttil dwar il-Prim Ministru – One News

Bosta urtati bil-kummenti ta’ Simon Busuttil dwar il-Prim Ministru

Fl-aħħar sigħat kienu bosta l li esprimew id-dispjaċir tagħhom għall-kummenti li għadda l-ex Kap Nazzjonalista Simon Busuttil li feraħ bid-deni, għax Malti bħalu kien qed jissemma’ għal waħda mill-karigi. Malli ħarġet l-aħbar, l-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil ħareġ jogħrok idejh.

B’reazzjoni kienu bosta l-Maltin minn kull sfera tas-soċjetà li wrew id-diżgust tagħhom mal-kummenti ta’ Busuttil. Uħud fakkru lil Simon Busuttil kif hu ma ntagħżilx għall-pożizzjoni ta’ Direttur fi ħdan l-Uffiċċju ta’ Appoġġ Ewropew fil-Qasam tal-Ażil, bl-applikazzjoni tiegħu ġiet irrifjutata.

Oħrajn qalulu li minkejja l-kampanji ta’ gideb, l-elettorat Malti warrbu u m’għażlux biex ikun Prim Ministru ta’ pajjiżna. Oħrajn fakkruh fin-negattività li mexxa biha l-Oppożizzjoni u qalulu li min ma jilħaqx l-għeneb jgħid li huwa qaares. Fakkruh ukoll li s’issa huwa l-uniku Kap tal-Oppożizzjoni fl-istorja ta’ Malta li baqa’ ma sarx Prim Ministru.

Persuna oħra qaltlu li falla bħal kap u viċi kap tal-partit, falla fl-elezzjoni ġenerali u fuq kollox fil-frame up li sar fuq il-Prim Ministru u familtu. Oħrajn appellawlu sabiex jieqaf ikun bitter u jwaqqaf l-ossessjoni li għandu f’Joseph Muscat.

Messaġġ li ġibed l-attenzjoni tal-midja kien dak tal-eks Deputat Deborah Schembri fejn sostniet li d-dikjarazzjoni ta’ Busuttil tixhed min tabilħaqq hu, filwaqt li qalet li huwa ezempju ċar ta’ arroganza.

Ta’ QabelLi Jmiss