Anzjan ta’ 84 sena jindarab gravi wara li ntlaqat minn karozza f’Birkirkara – One News

Notifiki

Anzjan ta’ 84 sena jindarab gravi wara li ntlaqat minn karozza f’Birkirkara

Anzjan ta’ 84 sena mill-Iklin indarab gravi wara li ntlaqat minn karozza f’Birkirkara. 

L-inċident seħħ għal ħabta ta’ 10:30am tal-Erbgħa fi Triq John Borg meta l-anzjan intlaqat minn karaozza misjuqa minn raġel ta’ 27 sena minn Birkirkara.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend