40 persuna jinqatlu u 80 oħra jindarbu f’attakk mill-ajru fil-Libja – One News

Notifiki

40 persuna jinqatlu u 80 oħra jindarbu f’attakk mill-ajru fil-Libja

Minn tal-inqas 40 persuna nqatlu minn attakk mill-arju li laqat ċentru ta’ detenzjoni tal-immigranti fil-Libja. 80 persuna oħra ġew midruba fi splużjoni li saret fil-Lvant tal-kapitali Tripli. Skont rapporti fil-midja internazzjonali, il-maġġoranza ta’ dawk li nqatlu huma Afrikani. 

Kelliem għas-servizz tal-emerġenza qal li kien hemm madwar 120 immigrant fiċ-ċentru ta’ detenzjoni li ntlaqat, filwaqt li żied jgħid li n-numru ta’ mwiet jista’ jkompli jikber mal-ħin hekk kif in-numru ta’ fatalitajiet kien evalwazjoni preliminari. Il-Gvern Libjan appoġġjat minn-Nazzjonijiet Uniti mmexxi mill-Prim Ministru, Fazey Al Serra, poġġa l-ħtija ta’ dan l-attakk fuq l-Armata Nazzjonali Libjana mmexxija minn Khalifa Haftar. Al Serra stqarr li dan l-attakk kien premeditat. Intant, kelliem għall-Armata qal li dan l-attakk ma sarx mill-Armata Libjana.

F’dawn l-aħħar snin il-Libja kienet pont ewlieni għall-imigranti Afrikani li jkunu qed jaspiraw futur fl-Ewropa. Wara l-qtil ta’ Muammar Gaddafi fl-2011, il-Libja għadha ma sabitx stabbiltà, b’diviżjoni li qed twassal għal aktar vjolenza.

Ritratt: BBC

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend