Tibda tingħalaq uffiċjalment il-Park Hotel f’Tas-Sliema – One News

Tibda tingħalaq uffiċjalment il-Park Hotel f’Tas-Sliema

Hekk kif ilbieraħ, il-Qorti tal-Appel ġabet fis-seħħ avviż ta’ infurzar mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu kontra l-Park Hotel f’Tas-Sliema, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu avżat lit-tmexxija tal-Park Hotel biex tagħlaq il-lukanda.

Hija wissietha wkoll biex ma taċċettax aktar turisti u biex it-turisti li hemm bħalissa jinstabilhom post ieħor.

Preżentament, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qed tieħu ħsieb li dawn it-turisti jiġu akkomodati f’lukandi oħra ta’ livell indaqs għal dik li bbukjaw dawn it-turisti.

Bħalissa it-turisti li qegħdin preżentament fil-lukanda jistgħu jagħżlu li jiġu rilokati f’lukandi oħra.

F’każ li jibqgħu hemm sakemm itemmu l-btala tagħhom, dlonk xħin jitlaq l-aħħar turist, il-lukanda tagħlaq il-bibien tagħha. Dawk it-turisti li ibbukjaw biex jaslu fil-hotel mid-9 ta’ lulju diġa qiegħdin jiġu rilokati għal lukandi oħrajn.

F’dan ir-rigward, uffiċjali tal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu ħadu l-pussess tal-lukanda sabiex tiġi operata sakemm din tingħalaq għal kollox. L-Awtorita’ għanda l-irwol li tassigura li dawn it-turisti jiġu ttrattati tajjeb u bl-inqas inkonvenjent possibli.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend