Pazjenti Maltin b’mard rari ser ikollhom aċċess għal 500 sptar madwar l-Ewropa – One News

Notifiki

Pazjenti Maltin b’mard rari ser ikollhom aċċess għal 500 sptar madwar l-Ewropa

Pazjenti Maltin li għandhom kundizzjoni jew marda rari mil-lum għandhom aċċess għal 500 sptar madwar l-Ewropa bl-aqwa trattament għal dan it-tip ta’ mard.

Dan hekk kif f’konferenza tal-aħbarijiet fl-isptar Mater Dei ingħata ċertifikat li jissinifika ċentru nazzjonali ta’ kordinazzjoni ma’ dawn l-500 sptar Ewropew li jiffurmaw dak li jissejjaħ il-European Reference Network.

Matul is-sena li għaddiet minn 3500 pazjenti b’mard rari, 500 minnhom ittieħdu barra minn pajjiżna għal aktar kura b’470 minnhom imorru fir-Renju Unit. Dan għaliex ir-Renju Unit huwa fejn it-tobba u l-esperti Maltin għandhom l-iktar kuntatt prinċipali.

Madankollu issa b’dan iċ-ċertifikat l-isptar Mater Dei, it-tobba u l-esperti Maltin, u fl-aħħar mill-aħħar il-pazjenti Maltin ser ikollhom aċċess ħafna ikbar għal kura aħjar.

Dan mhux kollox hekk kif it-tobba u l-esperti Maltin issa jistgħu jieħdu sehem f’iktar riċerki Ewropej filwaqt li jitħarrġu iktar għal dan it-tip ta’ mard.

Il-Ministru għas saħħa Dr Chris Fearne faħħar dan il-pass importanti li ser itejjeb l-aċċessibbiltà għall-pazjenti u t-tobba Maltin.

Intant ic-Chairperson tal-Alleanza Nazzjonali tal-Mard Rari, is-sinjura Michelle Mucat saħqet li dan iċ-ċertifikat huwa prova tax-xogħol kontinwu tal-Alleanza u l-Gvern. Hija tkellmet ukoll dwar l-importanza ta’ sehem f’iktar riċerka sabiex b’hekk nibqgħu ntejbu l-kura għall-mard rari.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend