It-tipjip huwa ta’ detriment għal saħħtek… u għal għajnejk – One News

Notifiki

It-tipjip huwa ta’ detriment għal saħħtek… u għal għajnejk

L-ispeċjalisti fir-Renju Unit iwissu bl-effetti negattivi li jista’ jikkawża t-tipjip fuq il-vista. Jidher iżda li wieħed minn kull ħamsa min-nies huma konxji mill-fatt li t-tipjip jista’ jwassal biex wieħed jitlef il-vista kompletament. 

Fil-fatt nies li jpejpu għandhom ċans ħafna akbar li jitilfu d-dawl t’għajnejhom meta mqabbla ma’ dawk in-nies li ma jpejpux. Dan għaliex it-tabakk jista’ jikkawża jew jiddeterjora numru ta’ kundizzjonijiet fl-għajnejn.

Is-sigaretti fihom għadd ta’ kimiċi li jinkorporaw metalli, bħalma huwa ċ-ċomb li jinġema’ fil-lenti. Dan jikkawża l-katarretti fl-għajejn u minħabba f’hekk wieħed ma jibqax jara ċar. It-tipjip huwa ta’ detriment ukoll għal vini fuq in-naħa ta’ wara tal-għajnejn. Barra minn hekk, dawk li jpejpu jistgħu għandhom ċans li jibdew jesperjenzaw effetti li normalment jinħassu f’età aktar avvanzata, pereżempju jitilfu l-abbilità li jaraw dettalji rqaq.

Jidher li r-rata ta’ nies li jpejpu qiegħda tonqos, minkejja dan ir-rata ta’ nies li jpejpu xorta waħda għadhom għoljin. Fir-Renju Unit, jintużaw ħafna l-vaping cigarettes bil-għan li wieħed jieqaf ipejjep.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend