Ursula von der Leyen saret l-ewwel mara nnominata għall-ogħla kariga tal-istituzzjonijiet Ewropej, dik ta’ President tal-Kummissjoni Ewropea.
Il-Ministru għad-Difiża fil-Gvern ta’ Angela Merkel mistennija tieħu post Jean Claude-Juncker fl-età ta’ sittin sena.
Ftit tal-minuti ilu l-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar fi tweet li ntlaħaq ftehim bejn il-mexxejja Ewropej fejn apparti der Leyen, il-Prim Ministru Belġjan Charles Michel se jsir il-President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Christine Lagarde li bħalissa tmexxi l-Fond Monetarju Internazzjonali se tieħu l-kariga bħala l-kap tal-Bank Ċentrali Ewropew.
Sadanittant Josep Borrell ġie nominat għar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin.
F’dan il-ftehim li ntlaħaq wara maratona ta’ diskussjonijiet li fih il-mexxejja Ewropej damu għaddejin b’summit li iktar ħa xejra ta’ konklavi kumpless, hemm żewġ nisa jokkupaw karigi ewlenin fl-istituzzjonijiet Ewropej.
Għada mistenni li l-Parlament Ewropew jeleġġi l-President tal-Kamra flok Antonio Tajani.
Christine @Lagarde is being proposed to lead @ecb. She is the right person, at the right time. Excellent having 2 women leading 2 crucial European institutions -JM
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) July 2, 2019
Congratulations @bmvonderleyen on being nominated first female @EU_Commission President. Best wishes also to my friend @CharlesMichel who will preside @EUCouncil. Congratulations also to @JosepBorrellF as new HRVP -JM
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) July 2, 2019