Il-Garanzija ta’ €700,000 li qed jitolbu l-bdoti mingħand il-Gvern mhix raġonevoli – l-MHRA – One News

Il-Garanzija ta’ €700,000 li qed jitolbu l-bdoti mingħand il-Gvern mhix raġonevoli – l-MHRA

L-MHRA tirreaġixxi u tisħaq li t-talba tal-bdoti mhix raġonevoli. Saħqet li dawn it-talbiet eċċessivi għandhom jiefqu hekk kif dawn mhux biss qed jagħmlu ħsara lill-membri fi ħdan l-MHRA iżda jaf ikunu ta’ ħsara għall-ekonomija b’mod ħolistiku.

Din hija t-tieni stqarrija din il-ġimgħa li kkundannat l-aġir tal-ALPA wara li l-bieraħ stess il-Kamra tal-Kummerċ saħqet li dawn l-azzjonijiet industrijali huma theddida għall-operat tal-AirMalta.

 Fi stqarrija, l-MHRA qalu li s-settur tal-avjazzjoni internazzjonali huwa qasam kompettitiv li bħalissa għaddej minn żmien antipatku hekk kif is-sena 2019 rat l-għeluq ta’ diversi kumpaniji tal-avjazzjoni fosthom il-linja tal-ajru Ċiprijotta ‘WOW’.

L-Għaqda saħqet li dawn it-talbiet jaf iwasslu għall-istess destin li ħabbtu wiċċhom miegħu diversi linji tal-arju li llum spiċċaw falluti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend