Delia jibża’ jlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali minħabba li se jitbiċċru – One News

Notifiki

Delia jibża’ jlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali minħabba li se jitbiċċru

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia qiegħed jiddejjaq ilaqqa’ l-kunsill ġenerali, għax jibża’ li l-kunsill ġenerali se jagħmel iktar ħsara lill-Partit Nazzjonalista.

Żvelat dan The Malta Independent, b’sorsi fil-Partit Nazzjonalista jitkellmu dwar is-sitwazzjoni li jinsab fiha l-partit. 

Il-ġimgħa li għaddiet il-fazzjoni tal-eks Kap Simon Busuttil ġabret petizzjoni b’mitejn firma sabiex jitlaqqa’ l-kunsill ġenerali u tiġi ppreżentata mozzjoni ta’ fiduċja fil-konfront tal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia.

Is-sorsi fil-Partit Nazzjonalista qalu lil The Malta Independent li Adrian Delia qiegħed jibża li l-kunsill ġenerali li dejjem jixxandar live fuq Net Television, jispiċċa fi programm televiziv fejn iż-żewġ fazzjonijiet ta’ Delia u Simon Busuttil, jispiċċaw ibiċċru lil xulxin fuq it-televixin.

Il-petizzjoni sabiex jitlaqqa’ l-kunsill ġenerali se tiġi diskussa l-Ħamis li ġej fl-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista.

Laqgħa li matulha jrid jinħatar il-President tal-Eżekuttiv il-ġdid, wara li rriżenja mill-kariga Mark Anthony Sammut.

Fl-istess laqgħa jrid jinħatar ukoll il-President tal-Amministrattiv wara li rrizenja mill-kariga u minn deputat Nazzjonalista David Stellini. U jrid jinħatar ukoll it-teżorier tal-Partit Nazzjonalista wara li David Camilleri irriżenja mill-kariga wara li vvota fl-elezzjoni għall-co-option ta’ deputata meta ma kellux id-dritt tal-vot.

Intant l-Independent tinsab infurmata li l-partitarji Nazzjonalisti tal-fazzjoni ta’ Adrian Delia, ġabru petizzjoni ffirmata minn mitejn ruħ, sabiex iwieġbu lil fazzjoni ta’ Simon Busuttil, u Adrian Delia jibqa’ jmexxi l-Partit Nazzjonalista.

Adrian Delia ilu aktar minn xahar jipprova jsalva postu fil-Partit Nazzjonalista u jevita milli jitlob vot ta’ fiduċja fit-tmexxija tiegħu. Bil-fazzjoni ta’ Simon Busuttil trid lil Adrian Delia jirriżenja wara li t-tmexxija tiegħu wasslet lill-Partit Nazzjonalista għall-ikbar zewġ telfiet elettorali fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-kunsilli lokali.

Ta’ Busuttil jaraw lil Adrian Delia bħala persuna dubjuża minħabba l-allegazzjonijiet serji fil-konfront tiegħu li daħħal flus f’kont bankarju ġejjin mill-prostituzzjoni. B’Delia qatt ma talab inkjesta maġisterjali sabiex inaddaf ismu minn dawn l-allegazzjonijiet dubjużi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend