Cory Greenland se jikkontesta l-kariga ta' Viċi President tal-MFA | One News

Notifiki

Cory Greenland se jikkontesta l-kariga ta’ Viċi President tal-MFA

“Wara riżultat inkoraġġanti fl-elezzjoni każwali ta` Jannar 2017 għall-kariga ta` Viċi President tal-Malta Football Association (MFA) u wara li reċentement ikkonsultajt u tkellimt ma numru ta` Clubs u Member Associations dwar il-possibilita` ta` kandidatura mil-ġdid, iddeċidejt li nikkontesta wahda mill-karigi ta` Viċi President tal-MFA”.

It-tema prinċipali tal-kampanja hija l-Aċċessibilita; fejn jekk elett bħala Vici President tal-MFA Dottor Greenland qiegħed jintrabat li jaħdem sabiex jgħin l-MFA tkun aktar qrib u aċċessibbli mal-livelli kollha ta` governanza tal-football lokali. Dan jista jintlaħaq permezz ta` komunikazzjoni, preżenza u kuntatt akbar mal-Clubs u l-Assoċjazzjonijiet li jiffurmaw parti mill-familja tal-football. Dan filwaqt li Dottor Greenland lest jimpenja ruħu sabiex jgħin fl-implimentazzjoni tal-viżjoni u l-programm tal-President il-ġdid li jkun elett fil-Laqgħa Generali Annwali tal-20 ta` Lulju.

“Nemmen li dan huwa l-mument sabiex nikkontribwixxi għall-futur tal-MFA u nittama li nista` nkun parti minn l-amministrazzjoni li trid tinħatar u li ser tkun qegħda tmexxi l-komunita` tal-football fiż-żmien li ġej. L-elezzjoni mistennija tkun waħda kompettitiva, iżda huwa mistenni wkoll li r-rispett bejn il-kandidati kollha jipprevali. Fl-aħħar minn l-aħħar, aħna lkoll membri tal-familja kbira tal-football.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend