Azzopardi jispara lejn Delia – mgħajjar “biċċa leader tal-ħabba gozz” – One News

Azzopardi jispara lejn Delia – mgħajjar “biċċa leader tal-ħabba gozz”

Id-deputat nazzjonalista Jason Azzopardi qiegħed ikompli juża l-Facebook biex jispara l-kanuni lejn il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia.

Jason Azzopardi xerred intervista li kellu Adrian Delia mal-portal tal-knisja, newsbook. Fl-intervista Delia qal li l-Ħadd mhux se jibqa’ jagħmel kummenti politiċi għax se jieqaf għal pawża tas-sajf.

Aħbar li ma niżlet xejn tajjeb mal-fazzjoni tal-eks Kap Simon Busuttil, li jaraw il-kumment ta’ Delia bħala skuża li tikkonferma li jinsab dahru mal-ħajt, u qiegħed jiltaqa’ mal-kunsilliera Nazzjonalisti biex isalva postu bħal Kap f’każ li jiltaqa’ l-kunsill ġenerali u jittieħed vot dwar fit-tmexxija tiegħu.

Kienu bosta l-partitarji nazzjonalisti li kkummentaw fuq l-artiklu li xerred Jason Azzopardi. Fost oħrajn, partitarju Nazzjonalist mill-fazzjoni ta’ Busuttil sejjaħ lil Delia “Biċċa Leader tal-ħabba gozz.

Partitarju ieħor qal li d-deċiżjoni ta’ Delia li ma jitkellimx il-Ħadd hija deċiżjoni tal-mistħija. Qal li minflok ma’ Delia qiegħed jikkonvinċi lin-Nazzjonalisti biex jerġgħu jivvutaw lill-Partit Nazzjonalista, ħa jieħu btala. “No wonder the PN is in the toilet”…qal dan il-partitarju Nazzjonalist.

B’mod sarkastiku, partitarju ieħor qal li l-Partit Nazzjonalista kiseb riżultati tajbin ħafna fl-elezzjonijiet ta’ Mejju, u għalhekk Delia ħaqqu ftit mistrieħ.

Dawn il-kummenti li jattakkaw lil Delia ma wasslu għall-ebda kundanna min-naħa ta’ Azzopardi. Fil-fatt mhux biss ma ċanfarhomx,  iżda għażel li jħallihom fuq il-profil tiegħu.

Iżda partitarju Nazzjonalista ieħor qal li l-Partit irid jisma’ mill-Prim Ministru Joseph Muscat.

Muscat kien qalilhom meta laħaq kap tal-Partit Laburista ‘ejja nħobbu lil xulxin’ tiftakru?? Dak il-parir jgħodd ħafna għalina bħalissa!

Filwaqt li partitarji nazzjonalisti oħrajn kitbu li anki huma għandhom bzonn waqfa għax xebgħu jaraw ġlied fil-Partit Nazzjonalista.

Jason Azzopardi xerred ukoll storja ta’ The Malta Independent, li fiha irrappurtaw li Adrian Delia qiegħed jibża’ jlaqqa’ l-kunsill ġenerali minħabba li z-zewġ fazzjonijiet, ta’ Delia u Busuttil, ibiċċru lil xulxin waqt il-kunsill ġenerali.

Huwa fatt magħruf li bħalissa hemm ġlieda kbira bejn Adrian Delia u Jason Azzopardi b’dan tal-aħħar jakkuża lill-kap li bil-barka tiegħu qiegħed jintuża kliem ta’ mibegħda fil-konfront tiegħu u ta’ deputati oħra mill-fazzjoni tal-eks kap Simon Busuttil.

Jason Azzopardi ppublika messaġġi ta’ mibegħda li qal qegħdin isiru fil-konfront tiegħu bil-barka ta’ Adrian Delia.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend