AĠĠORNAT: Issib kelb maħruq fiż-żona tal-Inwadar f’Wied il-Għajn – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Issib kelb maħruq fiż-żona tal-Inwadar f’Wied il-Għajn

Dalgħodu nstab kelb maħruq fil-limiti tal-Indawar f’Wied il-Għajn.

Il-Viċi Sindku ta’ Marsaskala Janice Falzon tellgħet ir-ritratti ta’ dan l-att makabru fuq is-sit soċjali ta’ Facebook.

Hi qalet, “Qas nista’ nemmen b’għajnejja dalgħodu din l-attroċita’ assoluta. Kelb maħruq fiż-Żona fejn jibda l-Inwadar. Għalfejn?!

Minn informazzjoni li kiseb dan l-istazzjon jidher li l-kamera tas-sigurtà li kien hemm fuq il-post kienet vandalizzata u mhux qed tiffunzjona. L-ispezzjoni tal-Animal Welfare biex jiddeterminaw jekk il-kelb kellux ċippa rriżultat fin-negattiv.

Madankollu kemm il-pulizija kif ukoll l-Animal Welfare ikkonkludew li x’aktarx il-kelb kien diġa’ mejjet meta nħaraq.

Dan għaliex fuq il-post instabet kaxxa maħruqa biswit il-kelb u huwa ssupettat li l-kelb inġarr fl-istess kaxxa. Apparti minn hekk, jidher li l-kelb ma ċċaqlaqx minn postu li tkompli jindika li l-kelb kien diġa’ mejjet.

Fuq il-post instab ukoll bott li jaf intuża sabiex jinħaraq il-kelb.

Minkejja dan, il-Viċi Sindku Falzon, xorta waħda tikkundanna dan l-aġir li sar f’post pubbliku frekwentat minn ħafna nies, tfal u klieb oħrajn.

 

 

 

 

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend