Il-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma, fi stqarrija qed tavża lill-pubbliku li Triq l-10 ta’ Settemru 1797 f’Ħaż-Żabbar, viċin tal-mitħna se tingħalaq għat-traffiku bejn it-Tnejn 1 ta’ Lulju fl-10 ta’ filgħaxija sat-Tlieta 2 ta’ Lulju fil-5 ta’ filgħodu.
Dawn ix-xogħlijiet qed isiru minħabba titjib li se ssir fis-sistema tal-ilma.
Fl-istqarrija, l-Koperazzjoni kompliet billi qalet li tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent u tavża lis-sewwieqa biex isegwu t-tabelli tad-devjazjoni.