Dawk li għandhom Tallinja Card issa jistgħu igawdu minn roħs ta’ 20% fuq vjaġġi bl-Ioscoot, b’rata ta’ servizz speċjali ta’ 20 ċenteżmu fil-minuta. Aktar minn 320,000 persuna li għandhom Tallinja Card personalizzata jistgħu jħallsu għal dan is-servizz dirett mill-kreditu fil-kont tagħhom. Dan ir-roħs qed iseħħ wara ftehim bejn Malta Public Transport u Ioscoot.
Dawk li għandhom Tallinja Card għandhom sempliċiment jirreġistraw it-Tallinja Card tagħhom bħala l-metodu ta’ pagament fuq l-app Meep u jibdew minnufih jibbenefikaw mir-rati vantaġġużi li jitħallsu mill-kreditu fil-kard personalizzata tagħhom.
Ioscoot toffri mod konvenjenti kif tivvjaġġa bi flotta ta’ muturi elettriċi. Permezz tal-app Meep, ilklijenti jistgħu isibu l-eqreb mutur elettriku, jattivawh u jsuqu sad-destinazzjoni tagħhom. Huma jħallsu biss tal-ħin tal-vjaġġ – mingħajr ebda abbonament jew ħlas ulterjuri.
Id-Direttur Kummerċjali ta’ Malta Public Transport, Daniel Grech qal li wara s-suċċess bl-integrazzjoni tat-Tallinja Card mal-Valletta Ferry Service U Tallinja Bike, issa l-kumpanija qed toffri lill-klijenti aktar valur u għażla akbar ta’ mezzi ta’ vjaġġar. Huwa kompla billi qal li l-ftehim huwa sinjal ċar tal-impenn tagħhom għal tranpsort alternattiv b’mezzi differenti ta’ transport pubbliku li jużaw mezzi oħra ta’ transport.
Il-flotta ta’ muturi elettriċi ta’ Ioscoot bħalissa hija stazzjonata f’San Ġiljan, Tas-Sliema, l-Imsida, u l-Belt Valletta, iżda l-passiġġieri mhumiex marbuta li jsuqu biss f’dawn iż-żoni. Huma jistgħu jattivaw il-muturi minn fuq l-app Meep, u jistgħu wkoll iġorru passiġġier ieħor magħhom. L-elmu jkun pprovdut għalihom fil-mutur stess.