Omm ta’ 43 sena u bintha ta’ erba’ snin miż-Żurrieq iddaħħlu l-isptar wara li kienu involuti f’ħabta bejn żewġ karozzi f’Ħal Luqa.
one.com.mt jinsab informat li l-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 11:50 fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa.
Fil-karozza l-oħra involuta f’dan l-inċident kien hemm mara ta’ 29 sena.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lil omm u lil bint miż-Żurrieq l-isptar.
Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.