Maltempata qawwija bis-silġ ħakmet lil belt Messikana ta’ Guadalajara. Din il-maltempata ġiet imkejja li t-temperaturi f’din il-belt huma sajfin, li jlaħħqu t-30 grad celcius.
Is-silġ tant kien wieħed qawwi li għatta nofs il-vetturi fil-post, hekk kif il-livell tas-silġ laħaq l-għoli ta’ madwar żewġ metri.
Il-gvernatur tal-istat ta’ Guadalajara, Enrique Alfaro qal li qatt ma ra’ xeni bħal dawn. F’din il-maltempata ntlaqtu madwar 200 dar u min tal-inqas 50 vettura tkaxxru mas-silġ, waqt li kien hemm minnhom li nradmu fis-silġ.
Dan l-ammont kien wieħed rekord minkejja li l-maltempati tas-silġ jniżżlu b’mod staġjonali, iżda qatt ma kien hemm dan l-ammont.
Fortunatament, il-Protezzjoni Ċivili tal-lokal qalu li ma kien hemm l-ebda każ ta’ korriment.