Għadd ta’ persuni esprimew it-tħassib tagħhom wara li persuni mhux magħrufa xerrdu għadd ta’ pakketti bil-valenu f’postijiet pubbliċi f’Wied il-Għajn.
Il-pakketti xxerrdu fl-inħawi ta’ Wied iz-Ziju f’Wied il-Għajn.
Kienu żewġt irġiel li ġabru madwar 15-il pakkett b’wieħed minnhom tella’ ritratt fuq Facebook ta’ wieħed mill-pakketti mitluqa mal-art. Huwa appella lis-sidien tal-klieb biex joqogħdu b’seba’ għajnejn.
Persuna oħra esprimiet it-tħassib tagħha għall-fatt li dawn il-pakketti jistgħu jiġi faċilment f’idejn it-tfal u jitfgħuhom f’ħalqhom b’periklu għal saħħithom.