Emily Grech Carr tissiġilla r-rebħa ġenerali fit-tieni tellieqa tal-BSJ Arena Open Water Swimming | One News

Notifiki

Emily Grech Carr tissiġilla r-rebħa ġenerali fit-tieni tellieqa tal-BSJ Arena Open Water Swimming

It-tieni tellieqa tal-BSJ Arena Open Water Swimming Series, li seħħet ftit tal-jiem ilu, rat lil Emily Grech Carr tirbaħ din it-tellieqa. Din kienet waħda mill-ftit drabi li mara rebħet waħda min dawn it-tlielaq fl-istorja tagħhom.

L-għawwiema ta’ taħt is-17-il sena, Emily Grech Carr, li riċentament irritornat minn wirja tajba fil-Logħob tal-Gżejjer COJI, kienet l-ewwel għawwiema li ħarġet mill-ilma f’Salina. Grech Carr irreġistrat ħin ta’ 27 minuta 51 sekonda. Stefano Debono Grech daħal it-tieni, u kien l-ewwel raġel f’ħin ta’ 28 minuta 04 sekonda. Wara Debono Grech kien Nathan Cachia f’29 minuta 29 sekonda, filwaqt li Luca Vella daħal it-tielet f’ħin ta’ 29 minuta 41 sekonda. Il-podju tal-Irġiel kien magħmul minn grupp żgħir ta’għawwiema – b’wieħed jaqa’ fil-kategorija Under 17 filwaqt li l-oħrajn fil-Kategorija Under 14.

Fil-Kategorija tan-Nisa fit-tieni post kienet Adriana Ferreira Massa, li rreġistrat ħin ta’ 29 minuta 44 sekonda, filwaqt li t-tielet post kienet Anjelika Ruggier li spiċċat it-tellieqa f’31 minuta 21 sekonda.

“Huwa ta’ sodisfazzjon li wieħed jara ġenerazzjoni ġdida ta’ għawwiema f’dawn it-tlielaq. It-taħlita ta’ għawwiema ta’ esperjenza kif ukoll dawk ġodda tagħmel it-tellieqa aktar interessanti waqt li fl-istess ħin tagħti l-opportunità lill-isport biex jiżviluppa u jikber”, qal is-Seġretarju Ġenerali ta’ Birkirkara St. Joseph Sports, Euchar Camilleri.

It-tielet tellieqa tas-Serje se ssir nhar l-Erbgha 3 ta’ Lulju f’Salina. It-tiġrija tibda fis-18:30. L-għawwiema jistgħu jirreġistraw fuq il-post sa’ siegħa qabel it-tellieqa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend