10 persuni jmutu wara li ġġarraf ajruplan f'Texas | One News

Notifiki

10 persuni jmutu wara li ġġarraf ajruplan f’Texas

Għaxar persuni mietu wara li ajruplan tat-tip Beechcraft BE-350 King Air iġġarraf, ftit wara li tar mill-Ajruport ta’ Addison.

L-inċident traġiku seħħ għal ħabta tad-9 ta’ filgħodu, ħin lokali.

Immedjatament fuq il-post marru s-servizzi tal-emergenza, iżda sfortunament kull min kien abbord it-titjiera ma salva ħadd.

Rapporti internazzjonali li għadhom mhux konfermati qalu li l-ajruplan kellu ħsara fil-magna u b’hekk wassal biex l-ajruplan waqa’ fil-hanger.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend