Tifel ta’ erbatax -il sena mixli li hedded lil ommu u lil oħtu, darabhom ħafif u kkaġuna biża’ li se tintuża vjolenza kontrihom filwaqt li għamel ħsara fil-propjetà t’ommu. Huwa kien akkużat ukoll li kellu sikkina fuqu u kiser ordni ta’ probation.
Għalkemm l-avukat tal-għajnuna legal, Joe Brincat talab għall-ħelsien mill-arrest, il-prosekuzzjoni oġġezzjonat għat-talba hekk kif it-tifel m’għandux fejn joqgħod għaliex ommu ma tridux id-dar. Għalkemm id-difiza nfurmat l-Qorti li t-tifel seta’ jmur jgħix ma’ ħabib tiegħu il-maġistrat Camilleri ċaħdet it-talba hekk kif il-Qorti ma kinitx konvinta li t-tifel kien se jobdi l-kundizzjoni tal-ħelsien mill-arrest.