Malta ir-raba’ l-anqas b’żgħażagħ ma jistudjawx u ma jaħdmux – One News

Notifiki

Malta ir-raba’ l-anqas b’żgħażagħ ma jistudjawx u ma jaħdmux


Malta kklassifikat bħala r-raba’ l-inqas pajjiż fost l-istati membri Ewropej, b’żgħażagħ li ma jistudjawx u li ma jaħdmux .

Jixhed dan stħarriġ maħruġ mill-Eurostat hekk kif wera li fl-2018 kienu biss 10.1 fil-mija taż-żgħażagħ Maltin bejn għoxrin u erbgħa u tletin sena, li ma ħadmux u ma studjawx.

Riżultat pożittiv ieħor għal pajjiżna hekk kif il-medja ewropeja hija ta’ 16.5% fil-mija jew wieħed minn kull sitt żagħżugħ u żagħżugħa

L-inqas rata ta’ żgħażagħ li ma jaħdmux u ma jistudjawx fl-Ewropa kienet ta’ biss tmienja fil-mija fl-Iżvezja. Warajha klassifikat l-Olanda bi 8.4% fil-mija. Issegwiha fit-tielet post hemm il-Lussemburgu b’9.9% fil-mija.

Intant l-għola rata ta’ żgħażagħ li ma ħadmux u ma studjawx fl-2018 kisbitha l-Italja b’28.9% fil-mija. Il-Greċja kklassifikat t-tieni f’dan l-istħarriġ b’26.8% fil-mija.

Ta’ min jinnota kif f’dawn iż-żewġ stati membri iktar minn kwart taż-żgħażagħ bejn l-għoxrin u l-erbgħa u tletin sena ma jaħdmux u ma jistudjawx.

Dan l-istħarriġ juri diskrepanza wkoll bejn l-irġiel u n-nisa minn madwar l-Ewropa kollha hekk kif fl-2018 b’kollox 20.9% fil-mija tan-nisa ma ħadmux u ma studjawx meta mqabbel ma biss 12.2% fil-mija tal-irġiel.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend