“Issa ż-żejjed kollu żejjed sinjuri ġrieden u wirdien konfoffa hemm ġew. Issa xebbajtu u qażżistu lil-kulħadd bil-qerq, manipulazzjoni u frodi tagħkom għad-dannu tal-Partit tagħna.”
Hekk iddikjara l-eks President tal-AZAD David Griscti, persuna qrib ħafna tal-fazzjoni tal-eks kap nazzjonalista Simon Busuttil. Griscti irrabjat għal fazzjoni tal-kap nazzjonalista Adrian Delia, li fost ħafna aġġettivi sejħilhom ġrieden u wirdien, għax qegħdin jaħtfu taħt idejhom il-Partit Nazzjonalista.
Tant li Griscti irid lin-nies ta’ Adrian Delia, u Delia inifsu, jitkeċċew mill-Partit għax mimlijin ħazen.
“Issa qbiżtu kull limitu bil-ħażen u l-malizja tagħkom u tridu tisparixxu mil-partit tagħna, u jekk ma tagħmlux hekk għal-rajkom, għax bla dubju l-anqas l-iċken irġulja u diċenza mgħandkom ġo ġisimkom, għax mimlijin ħażen u qerq, tridu titkeċċew mil-partit u wiċċkom ma jridx jerġa jidher fid-Dar Ċentrali tagħna u f-kull każin tagħna madwar Malta u Għawdex.”
F’rabja David Griscti, biċċa waħda ma Simon Busuttil, sejjaħ lin-nies ta’ Delia iġifieri Adrian Delia, David Agius, Robert Arrigo, Clyde Puli u Kristy u Jean Pierre Debono fost oħrajn bħal virus.
“Intkom ir-Rasputin tal-partit nazzjonalista, il-virus li hemm ġol partit, dejjem moħbi, jara kif jagħmel biex iqarraq u jimmanipola, kwiet, kwiet imma dejjem hemm.”
Izda f’botta diretta lejn Jean Pierre Debono, li huwa magħruf li jbghabagħas il-list u l-elezzjonijiet fil-Partit Nazzjonalista, Griscti sejjaħlu bħala bacteria u velenu.
“Intkom il-bacteria li nfettat il-partit, li infettat id-data u l-proċessi tal-partit, li ġegħlet lil tant attivisti ġenwini jaqtgħu qalbhom u li daħħaltu kultura ta’ mibgħeda u suspett fil-partit tagħna, fil-Pieta’, fis-sezzjonijiet u d-distretti tagħna. Intkom il-ġrieden u l-wirdien li titfgħu l-velenu u taħbu idkom, li tqabbdu n-nar u titfgħulha l-pitrolju, li tikkorrompu u tħawwdu u mbagħad tinħbew wara l-kwinti.”
U lill-klikka ta’ Adrian Delia, Griscti qalhom li kulħadd iridhom jitilqu il barra mill-Partit Nazzjonalista.
“Il-kap, l-ex kapjiet, ir-rappreżentanti tal-partit, il-kunsilliera, it-tesserati, il-votanti u d-donaturi nazzjonalisti irridukom BARRA min hemm, BARRA LLUM, GĦADA U GĦAL DEJJEM. BARRA!”