Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi mar fuq facebook jilmenta li l-kap Nazzjonalista Adrian Delia qiegħed iqabbad nies jużaw kliem ta’ mibegħda fil-konfront tiegħu u ta’ deputati oħra mill-fazzjoni tal-eks kap Simon Busuttil.
Azzopardi żvela messaġġ li kitbu kontrih nies ta’ Delia f’wieħed mill-grupp ta’ facebook, ristretti bin-nies għan-nazzjonalisti li jappoġġjaw lil Adrian Delia. Iżda kull kumment qiegħed isir bil-barka ta’ Delia.
Fil-grupp b’referenza għal Jason Azzopardi, Mario Delia, partitarju Nazzjonalist mill-fazzjoni ta’ Adrian Delia, qal : Hawn xi ħadd jgħinni niġbor għoxrin elf firma ħa neħilsu minn dal …. , minkejja li ma kitibx l-aġġettiv xejn sabiħ li kien se jirreferi għal Jason Azzopardi.
Jason Azzopardi ħassu offiż u mar fuq facebook jikteb li qiegħed jintqal diskors ta’ mibegħda fil-konfront tiegħu minn nies ta’ Adrian Delia.
Jason Azzopardi kiteb li l-grupp huwa amministrat minn Charmaine Aquilina kunsilliera nazzjonalista tal-Marsa. U li skont Azzopardi, din għandha l-barka tal-Kap Adrian Delia biex taċċetta kliem ta’ mibgħeda kontrih.
Sabiħa wisq l-għaqda. Dan hu Grupp tal-Partit Nazzjonalista amministrat minn Charmaine Aquilina, kunsilliera l-Marsa u persuna li tapprova bil-barka tal-Kap tal-Partit kitbiet ta’ mibgħeda lejn Deputati tal-istess PN – kiteb Jason Azzopardi.
Charmaine Aquilina hija persuna leali lejn il-kap. Sa jumejn ilu kitbet li lil Adrian Delia ħadd mhu se jneħħiħ minn Kap u se jibqa jmexxi l-partit sal-aħħar.
Kienu mijiet in-nazzjonalisti li kitbu fuq il-kumment ta’ Jason Azzopardi.
Il-fazzjoni ta’ Delia baqgħet takkużah b’mibgħeda. Filwaqt li l-fazzjoni ta’ Simon Busuttil bdew jaqbżu għalih.
Esponent ieħor kiteb lil Jason Azzopardi u qalu qegħdin naqgħu fil-ħama.
Iżda Azzopardi wieġeb – Le ħabib. Meta dawn il-kummenti ilhom xhur jinkitbu bil-kunses taċitu tal-Kap tal-Partit, dak red line.
Fost dawk li kiteb kien hemm Thomas De Martino il-President ta’ Team Start, fergħa taż-żgħażagħ ta’ Adrian Delia.
De Martino kiteb “daqstant iehor mhux aċċettabli manuvri sistematiċi, parti minn pjan sħiħ sabiex ir-riżultat ta’ proċess demokratiku ma jkunx rispettat sempliċiment għax ma sarrafx fir-riżultat mixtieq. Għandna bżonn lil kulħadd jiġbed ħabel wieħed jekk rridu negħlbu l-għadu vera, Onorevoli “
Hawn wieġbu Jason Azzopardi u f’għadd ta’ botti bejn de Martino u Azzopardi, Jason Azzopardi deher jilmenta li ilu tmien xhur ma jkunx mistieden fuq il-media tal-partit.
Jason Azzopardi kiteb – Deputati li minn sena u nofs ilu jkunu darbtejn kuljum jew darbtejn u tlieta f’ġimgha fuq NetFM u Deputati li l-aħħar li kienu fuq NetFM kien f’Awwissu u f’Ottubru li għadda huwa sew, ġust u ekwu? Jekk int raġel għid li dawn ħniżrijiet tal-establishment.
Bil-ġlied bejn il-fazzjoni ta’ Busuttil u Delia qiegħed dejjem jikber.