Jinżamm arrestat wara li nqabad b’kważi €35,000 mhux iddikjarati fl-Ajruport – One News

Notifiki

Jinżamm arrestat wara li nqabad b’kważi €35,000 mhux iddikjarati fl-Ajruport

Kmieni dalgħodu, uffiċjali tad-Dwana fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta sabu kważi ħamsa u tletin elf ewro mhux iddikjarati fuq passiġġier li kien għadu kif wasal Malta minn Tuneż.
Għaxart elef ewro ingħataw lura lill-passiġġier, u l-kumplament qed jinżammu mill-awtoritajiet għal aktar investigazzjonijiet.

Il-passiġġier qed jinżamm arrestat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend