Il-PM jinawgura investiment ta’ €20M. mill-fabbrika Toly – One News

Notifiki

Il-PM jinawgura investiment ta’ €20M. mill-fabbrika Toly

Il-ġimgħa filgħodu l-Prim Ministru Joseph Muscat flimkien mal-Ministru Chris Cardona u t-tmexxija tal-fabbrika Toly inawguraw il-fabbrika l-ġdida tagħhom f’Bulebel. Din il-fabbrika li nbniet permezz ta’ €20 miljun investiment dirett mill-privat ħadet post żewġ fabbriki antiki li kienu fiż-żona industrijali ta’ Bulebel.

F’diskors li għamel l-Prim Ministru Joseph Muscat awgura lil din il-kumpanija li bħalissa qed timpjega 500 ħaddiem f’pajjiżna. Sostna li dan kollu huwa l-prodott ta’ viżjoni ta’ immigrant Ingliz li ħa riskju u ġie f’pajjiżna ħamsin sena ilu. Fakkar kif dan it-tkabbir ma setax ikun possibbli li kieku pajjiżna ma kellux sitwazzjoni politika u ekonomika stabbli u sostenibbli.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem ukoll dwar l-ħidma tal-Gvern fit-tisħiħ u titjib tal-infrastruttura f’pajjiżna. Fakkar ukoll dwar il-ħidma tal-Gvern sabiex il-proċess li wieħed japplika għall-permess tax-xogħol ikun aktar faċli.

Minn naħa tiegħu l-Kap Eżekuttiv ta’ Toly Andy Gatesy qal li f’dawn l-aħħar erba’ snin Toly irduppjat il-bejgħ tagħha u minn €50 miljun tela’ għal €100 miljun. Spjega kif l-operat tal-kumpanija kiber ferm u issa qed jiffoka wkoll fuq l-innovazzjoni ta’ prodotti ġodda. Huwa rringrazzja wkoll lill-Gvern, Malt Industrial Parks u l-Malta Enterprise għall-assistenza tagħhom f’dan kollu.

Il-fabbrika Toly Twaqqfet f’Lulju tan-1969. Hija bdiet tħaddem 40 ruħ iżda issa għandha 500 impjegat. Hija tispeċjalizza fid-disinn u produzzjoni ta’ prodotti tal-make up u sbuħija. Is-snin elfejn kienu fost l-aktar snin iebsin għal din il-fabbrika iżda tul dawn l-aħħar 4 snin rat tkabbir kbir u reġgħet bdiet tinvesti sabiex. Tkompli tkabbar l-operat tagħha

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend