It-tim tal-futbol, AC Milan, mhux se jkun qed jieħu sehem fl-Europa League fl-istaġun li jmiss.
Dan hekk kif ġew imwaqqfa milli jieħdu sehem fil-kompetizzjoni mill-Qorti tal-Arbitraġġ tal-Isport wara li kissru r-regolamenti tal-UEFA.
Huma laħqu ftehim mal-UEFA li se jkun qed jarhom joħorġu b’mod uffiċjali mill-kompetizzjoni, minkejja li kklassifikaw il-ħames fis-Serie A l-istaġun li għadda.