Żewġ Rumeni jweġgħu gravi wara li waqgħu l-baħar fit-tarzna – One News

Notifiki

Żewġ Rumeni jweġgħu gravi wara li waqgħu l-baħar fit-tarzna

Żewġ irġiel qed isoffru minn ġrieħi gravi wara li waqgħu l-baħar ġewwa t-tarzna fi Triq Għajn Dwieli, Raħal il-Ġdid.

L-inċident seħħ il-Ħamis filgħodu għal ħabta tad-disgħa u nofs, meta Rumen ta’ 48 sena kien qed isuq forklifter ġewwa l-baċir meta għal xi raġuni laqat raġel ieħor, li huwa Rumen ukoll u b’konsegwenza t’hekk waqgħu l-baħar. L-irġiel ittelgħu mill-baħar bl-għajnuna tal-ħaddiema li kienu hemm.

Immedjatment fuq il-post marru l-pulizija u ambulanza li ħadhet lill-irġiel l-isptar Mater Dei.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend