Il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel dehret tirtriegħed għal darb’ oħra waqt ċerimonja f’Berlin fil-jum tal-Ħamis, tmint ijiem wara każ simili.
Filmat li nġibed waqt l-istess attività juri lil Merkel ta’ 64 sena żżomm idejha hekk kif ġisimha beda jirtriegħed.
Wara żewġ minuti, hija dehret iktar stabbli u ħadet b’idejn il-Ministru l-ġdid tal-Ġustizzja.
Waqt iċ-ċerimonja, Merkel kienet offruta tazza ilma, iżda ma xorbitix.
Fil-każ ta’ qabel, hija qalet li dak li ġralha kien minħabba nuqqas ta’ ilma.
Kelliem tagħha qal li ma kien hemm l-ebda bidliet fil-vjaġġ ta’ Merkel lejn il-Ġappun.