Il-Gvern Libjan li huwa rikonoxxut mill-komunita internazzjonali qal li reġa ħa f’idejh ir-raħal strateġiku ta’ Gharyan wara li kien hemm ġlied mar-ribelli.
Gharyan kien il-bażi prinċipali għal offensiva fuq il-kapitali Tripli mill-ġellieda mmexxija mill-Ġeneral Khalifa Haftar.
L-Armata Nazzjonali Libjana ma kkonfermatx it-telfa, filwaqt li d-dettalji għadhom ħerġin.
Il-pajjiż Libjan ilu mifni bil-vjolenza mindu l-eks mexxej Muammar Gaddafi tneħħa mill-poter u nqatel fl-2011.
Għexieren ta’ nies mietu mindu l-Armata Nazzjonali Libjana bdiet il-kampanja tagħha iktar kmieni dis-sena kontra l-Gvern ta’ Ftehim Nazzjonali, li għandu l-appoġġ tan-Nazzjonijiet Magħquda, u li huwa mmexxi mill-Prim Ministru Fayez al-Serra.