Iffirmat ftehim storiku bejn iż-żewġ Għaqdiet Mużikali Żabbarin – One News

Notifiki

Iffirmat ftehim storiku bejn iż-żewġ Għaqdiet Mużikali Żabbarin

L-Erbgħa filgħaxija, iż-żewġ Għaqdiet Mużikali Żabbarin, dawk tal-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel u s-Soċjeta Filarmonica Maria Mater Gratiae ffirmaw ftehim storiku.

Dawn il-ftehim storiku jinkludu fih:

  • L-armar fid-dawra tal-Mina tal-Hompesch għall-Festa Titulari tal-Madonna tal-Grazzja;
  • Il-Marċ ta’ San Mikiel qabel il-festa titulari; u
  • Emendi dwar il-Programmi Mużikali rispettivi tal-Festa.

Dan il-ftehim seħħ wara diskussjonijiet li ilhom isiru ben iż-żewġ Għaqdiet. Dan il-ftehim jawgura tajjeb għal ‘l quddiem permezz ta’ aktar kooperazzjoni, b’temi bħall-istatwa tal-Irxoxt – li se tkun qed tinħadem fix-xhur li ġejjien.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend