Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika l-NSO juru li sal-aħħar ta’ Mejju li għadda, il-persuni qiegħda naqsu b’sitta punt tmienja fil-mija meta mqabbel mal-istess xahar is-sena li għaddiet.
Iċ-ċifri pprovduti mill-aġenzija tax-xogħol JobsPlus juru li sal-aħħar ta’ Mejju, il-persuni qiegħda naqsu bi kważi mija u erbgħin ruħ minn fuq l-ewwel parti tar-reġistru/ Min-naħa l-oħra kien hemm żieda ta’ sittax-il ruħ fil-persuni li kienu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol fuq it-tieni parti tar-reġistu biex sal-aħħar ta’ Mejju, il-persuni qiegħda naqsu għal elf, sitt mija u disgħa u sttin.
Iċ-ċifri tal-NSO juru wkoll meta mqabbel max-xahar ta’ April, il-qgħad naqas bi kważi tmenin ruħ.
Imqabbel ma’ Mejju tas-sena li għaddiet, iċ-ċifri juru żieda ta’ disgħa u għoxrin ruħ fil-persuni li kienu ilhom jirreġistraw għax-xogħol anqas minn wieħed u għoxrin ġimgħa. Min-naħa l-oħra, kien irreġistrat tnaqqis fost dawk li kienu ilhom jirreġistaw għax-xogħol għal wieħed u għoxrin ġimgħa jew aktar.
Mill-istatistika joħroġ ukoll li s-suq tax-xogħol f’Malta kompla joħloq aktar postijiet tax-xogħol għal persuni b’diżabilità.
Fil-fatt sal-aħħar ta’ Mejju li għadda, il-persuni b’diżabilità qiegħda naqsu bi tmienja u sittin oħra meta mqabbel mal-2018 biex issa niżlu għal mitejn u sittax.