Elisa kienet sikwit tgħidilna “Jien ta’ Ġesu” – One News

Notifiki

Elisa kienet sikwit tgħidilna “Jien ta’ Ġesu”

Elisa kienet tgħidilna sikwit “Jien ta’ Ġesu”

Hekk kienet tgħid ta’ sikwit iċ-ċkejkna Elisa lill-ġenituri tagħha Joseph u Rachelle Buhagiar u lil oħta Sarah. Elisa tilfet ħajjitha traġikament f’inċident tat-traffiku li seħħ il-Ħamis li għadda fi Triq il-Prajjiet fil-Mellieħa.

Fi stqarrija sigħat qabel tingħata l-aħħar tislima, il-qraba ta’ Elisa stqarru li l-valuri spiritwali tagħha kienu ferm sodi, fejn it-talb kien ċentrali għall-ħajja tagħha.

“Kemm-il darba kienet tħeġġiġna hi stess biex ngħidu r-rużarju u ta’ qabel l-ikel. Qalbha kienet qalb ħelwa umli mimliha b’Ġesu”

Elisa twieledet il-Ħamis 30 t’April fl-2009 u kienet tattendi St.Joseph School il-Blata l-Bajda u kienet fil-ħames sena.

Il-Qraba saħqu li Elisa kienet tifla ferriħija, attiva, tħobb il-ħajja, sportiva, mimlija enerġija u imħabba.  Il-karetteristika prinċipali tagħha kienet it-tgħanniqa li kienet tħobb tagħti lil kull min tiltaqa miegħu – tgħanniqa mimlija għożża u mħabba.  Kliemha kien ħelu u kien jirnexxilha tħoll il-qalb bil-mod kif tpoġġieh.  Kienet tifla perseveranti li taf xi trid u ma tiqafx qabel tasal għal għanijiet tagħha. Elisa kienet tapprezza r-rigali kollha tal-ħajja u dan kien rifless fit-talb sabiħ ta’ ringrazjament li kienet tikteb.

Elisa kellha mħabba speċjali għall-pets u b’għozza kbira kienet tindukrhom u titfissed magħhom. Kienet tħobb tqatta’ ħafna ħin ħdejn il-baħar u togħdos għas-sea shells. Il-kant kien ukoll namra speċjali tagħha

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend