Uffiċjal tas-sigurtà ta' RCC jammetti li ħa €5,000 għal overtime li m'għamilx | One News

Notifiki

Uffiċjal tas-sigurtà ta’ RCC jammetti li ħa €5,000 għal overtime li m’għamilx

Mark Camilleri, wieħed mill-Uffiċjali tas-Sigurtà personali tal-eks Rappreżentant Permanenti Malti fi Brussell, Richard Cachia Caruana, ammetta li ffroda minn tal-anqas ħamest elef ewro fi ħlasijiet foloz ta’ overtime, u li ffalsifika firma biex jieħu dawn il-flus.

L-eks Surġent tal-Pulizija ammetta l-akkużi miġjuba kontrih, fosthom ukoll falsifikar ta’ dokumenti u li ta informazzjoni skorretta lill-awtoritajiet pubbliċi. Huwa ngħata sentenza ta’ sentejn ħabs sospiża għal erba’ snin u jħallas lura l-ħamest elef ewro li tħallas.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend