Il-Presdient Amerikan Donald Trump ċaħad mill-ġdid allegazzjonijiet li aggredixxa sesswalment opinjonista fis-snin disgħin. Huwa qal li l-mara “mhix it-tip tiegħi”.
Trump qal li E. Jean Carroll kienet qed tigdeb b’mod sfaċċat dwar allegat attakk sesswali li seħħ fi stabbiliment fi New York.
“Se ngħidha b’rispett kbir: l-ewwel nett, mhix it-tip tiegħi u t-tieni nett, qatt ma ġara. Qatt ma’ ġara. OK?”, qal is-Sur Trump lil The Hill.
Is-Sinjura Carroll li għandha 75 sena għamlet l-allegazzjonijiet tagħha fil-magaħin New York tal-Ġimgħa li għadda.