Sena pożittiva għall-għasafar li jbejtu f'Malta | One News

Notifiki

Sena pożittiva għall-għasafar li jbejtu f’Malta

Fi stqarrija, BirdLife Malta qalet li l-2019 s’issa kienet pożittiva għall-għasafar li jbejtu f’Malta f’għadda ta’ speċi differenti li ġew osservati kemm fir-riżervi naturali tal-BirdLife u anke f’postijiet differenti madwar Malta u Għawdex.

Aktar kmieni dan ix-xahar faqqsu l-frieħ ta’żewġ pari Fras-servjenti li kellhom erbat ifrieħ kull wieħed. Fl-istqarrija ġie nnutat kif għasafar adulti ma ddejqu xejn ikeċċu għasafar oħrajn li jqisuhom bħala theddida għall-frieħ tagħhom. Dawn il-Fras-servjenti reġgħu bejtu f’pajjiżna wara li fir-rebbiegħa ta’ sena dawn it-tip ta’ għasafar ma bejtux f’pajjiżna. Fl-istqarrija BirdLife qalet li laqgħet dan l-iżvilupp bħala xi ħaġa sodisfaċenti.

Suċċess ieħor li ġie nnutat minn BirdLife kien fl-għasafar tal-Monakelli li għal sena oħra regġħu bejtu fir-riserva tal-Għadira. F’din ir-rebbiegħa li għadha kif għaddiet, ir-riżerva ospitat żewġ pari li bejtu b’suċċess din is-sena u li t-tnejn kellhom tlett ifrieħ. Fl-istqarrija, BirdLife qalet ukoll li huma mistennija aktar frieħ minn dawn it-tip ta’ għasafar, li reġa’ bejjet għat-tieni darba.

Fl-istqarrija, il-BirdLife Malta qalet li s-Sibt 29 ta’ Ġunju 2019, bejn is-7 ta’ filgħodu u l-10 ta’ filgħodu se torganizza open day speċjali, fejn l-pubbliku jista’ jara dawn it-tip ta’ speċi ta’ dawn il-frieħ il-ġodda.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend