Lyndsay Pace tirbaħ l-unur tal-aqwa kanzunetta ġewwa festival internazzjonali fil-Polonja | One News

Notifiki

Lyndsay Pace tirbaħ l-unur tal-aqwa kanzunetta ġewwa festival internazzjonali fil-Polonja

Il-kantanta Maltija, Lyndsay Pace rebħet l-unur tal-aqwa kanzunetta fil-Hartbex Carpathia Festival f’Rzeszów, il-Polonja.

F’dan il-festival, li sar f’Mejju li għadda, Pace kantant id-diska Butterfly li huwa parti mill-EP tagħha.

Fil-festival, il-kantanta Lyndsay Pace ikkompetiet ma’ kantanti oħra minn diversi pajjiżi u interpretat l-kanzunetta oriġinali m’ orkestra live.

Il-festival ta’ Hartbex Carpathia huwa magħruf internazzjonalment u għal dan il-festival kien hemm madwar 600 applikant.

Mandankollu, Pace tħares lejn din l-esperjenza bħala waħda pożittiva u tħares ‘il quddiem biex tkompli taspira fil-karriera tagħha biex taħdem fuq proġetti għal futur li jinkludu materjal ġdid, kif ukoll avvenimenti oħra mużikali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend