L-Olanda ntlaqtet mill-ikbar qtugħ fit-telekommunikazzjoni, bin-numru tal-emerġenza 112 ma jkunx aċċessibbli fil-pajjiż kollu.
It-tfixkil, li dam erba sigħat, oriġina mill-carrier nazzjonali KPN, u affettwa fornituri oħra li huma fuq in-netwerk tiegħu.
Il-kumpanija KPN qalet li l-kawża ta’ dan għadha mhux magħrufa iżda ma jidhirx li kien hemm xi hacking.
Telefowns u mowbajls li kellhom x’jaqsmu man-netwerk tal-KPN kienu affetwati wkoll, iżda l-iktar inkwetanti kien il-falliment tan-numru tal-emerġenza.