L-Air Malta tibda topera lejn Varsavja | One News

Notifiki

L-Air Malta tibda topera lejn Varsavja

Il-linja nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta bidet topera titjira ta’ kull nhar ta’ Sibt lejn il-Belt Kapitali tal-Polonja, Varsavja. Din ir-rotta ser topera matul ix-xhur tas-sajf sad-19 ta’ Ottubru.

Il-Kap Eżekkutiv tal-Air Malta, il-Kaptan Clifford Chetcuti qal li dan huwa servizz skedat li qed ikun introdot f’dan is-sajf. Il-Kaptan Chetcuti qal li b’din id-destinazzjoni staġjonali, l-kumpanija tal-ajru nazzjonali għandha ħarsitha lejn is-suq Pollakk u hemm possibbiltà li dan is-servizz ikun estiż, skont id-domanda.

Huwa qal kif is-sena l-oħra l-Air Malta żiedet 21 rotta ġdida u f’dan is-sajf il-kumpanija qed tikkonċentra fuq rotot li jsiru aktar frekwenti lejn destinazzjonijiet stabbiliti. B’hekk l-Air Malta, f’dan is-sajf se tibda tmur f’postijiet oħra apparti dik ta’ Varsavja. Dan ir-rottot il-ġodda jinkludu l-Kajr, Tbilisi u Ibiza.

Dan is-servizz il-ġdid lejn Varsavja se jopera kull nhar ta’ Sibt, b’rotta minn Malta għal Varsavja titlaq fid-08:55 u tasal għal 11:40 u b’rotta oħra minn Varsavja għal Malta li titlaq fin-12:30 u tasal fit-15:20.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend