Kap ta’ grupp tal-mafja Taljana jaħrab minn ħabs fl-Urugwaj – One News

Notifiki

Kap ta’ grupp tal-mafja Taljana jaħrab minn ħabs fl-Urugwaj

Rocco Morabito, li huwa kap tal-mafja Taljana tal-grupp ‘Ndrangheta rnexxielu jaħrab minn ġewwa l-ħabs fl-Urugjaw.

Morabito jinsab fl-Urugwaj hekk kif fl-2017, huwa ġie arrestat ġewwa Punta del Este, wara li kien ilu jgħix hemmhekk għal aktar minn għaxar snin b’identità falza. Qabel l-2017, Morabito kien ilu mfittex mill-pulizija mill-1995.

Il-grupp mafjuż ta’ ‘Ndrangheta, li huwa min Calabria għandu kontroll ta’ 80% tal-kokaina mpurtata fl-Ewropa.

L-uffiċjali qalu li Morabito u tlett ħabsin ħarbu mill-ħabs billi toqba fis-saqaf, il-Ħadd filgħxija. Wara li ħarbu mill-ħabs, huma serqu raġel ta’ dar fil-viċinanzi tal-ħabs u talbuh għall-flus.

Il-Ministru tal-Intern Taljan, Matteo Salvini qal li din il-ħarba ta’ Rocco Morabito hija inkwetanti u qal li se jaħdmu mal-Interpol sabiex huwa jinstab u jerġa’ jidħol il-ħabs – sabiex ikompli jservi s-sentenza li għandu jiskonta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend