Jindarab gravi wara li waqa’ min fuq sellum f’Ħaż-Żebbuġ – One News

Notifiki

Jindarab gravi wara li waqa’ min fuq sellum f’Ħaż-Żebbuġ

Raġel ta’ 65 sena minn Ħaż-Żebbuġ qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ minn sellum f’residenza.

L-inċident seħħ fi Triq Frans Sammut f’Ħaż-Żebbuġ għal ħabta tas-sagħtejn ta’ waranofsinhar. Skont l-ewwel investigazzjonijiet tal-pulizija juru kif ir-raġel waqa’ min fuq sellum waqt li kien qed jagħmel xi xogħolijiet f’residenza.

Ir-raġel Żebbuġi ttieħed l-Isptar Mater Dei, fejn wara ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend