It-tfajla tal-‘El Chapo’ arrestata mill-ġdid wara li pruvat ixxaħħam xhud fil-każ – One News

Notifiki

It-tfajla tal-‘El Chapo’ arrestata mill-ġdid wara li pruvat ixxaħħam xhud fil-każ

Is-sieħba ta’ Jordan Azzopardi, magħruf bħala l-‘El Chapo’ ta’ Malta, qed taffaċċja akkużi ġodda fil-Qorti li pruvat tħallas somma flus lil wieħed mix-xhieda fil-każ biex ma jixhidx kontra Azzopardi.
Dan ħareġ hekk kif kompliet il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Azzopardi, bil-prosekuzzjoni tgħid li l-Pulizija waslet għal dawn l-akkużi l-ġodda wara investigazzjoni ġodda li saru wara l-aħħar seduta. Il-mara, li isimha mhux jixxandar fuq ordni tal-Qorti, ċaħdet dawn l-akkużi.

Fil-Qorti ħareġ li aktar kmieni f’Ġunju, iż-żewġ akkużati għamlu telefonata lil wieħed mix-xhieda. Hawnhekk ġew ippreżentati numru ta’ domandi li s-sieħba ta’ Azzopardi kitbet lix-xhud, fosthom: “jekk itik għaxart elef ewro, ma tixhidx?”

Luke Vella, ix-xhud, qal it-Tlieta li għażel li jitkellem għaliex xeba’ bis-sitwazzjoni, u għaliex iż-żewġ akkużati baqgħu jhedduh. Is-sieħba ta’ Azzopardi issa qed tinżamm arrestata minkejja li ilmentat li anke hi kienet qed tirċievi telefonati b’theddid.

Il-kumpilazzjoni tax-xhieda b’rabta ma’ dan il-każ se tkompli x-xahar id-dieħel.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend