Ineħħu l-bżieżaq miċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi sabiex jgħinu l-ambjent – One News

Notifiki

Ineħħu l-bżieżaq miċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi sabiex jgħinu l-ambjent

Hekk kif it-Tnejn filgħaxija bdew iċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi, bil-ħruġ tal-istatwa titulari min niċċa, kien hemm bidla żgħira iżda li tagħmel ġid għall-ambjent ta’ madwarna.

Dan hekk kif min din is-sena fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa bdew jintużaw bnadar żgħar, minflok il-bżieżaq li jintużaw issoltu.

Dawn il-bnadar ingħataw b’xejn u biex jgħinu aktar l-ambjent, il-Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri Qormi qed jappell aw sabiex dawn il-bnadar jibqgħu jintużaw matul dawn il-jiem tal-festa u anke fis-snin li ġejjien.

Ritratt: Christian Camilleri 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend