Il-BOV iwissi dwar attentati ta’ messaġġi frodisti – One News

Il-BOV iwissi dwar attentati ta’ messaġġi frodisti

Fi stqarrija, il-Bank of Valletta qed iwissi lil pubbliku inġenerali dwar messaġġi frondisti li qed jintbagħtu li jgħidu dwar attività suspettuża li ġiet innutata fl-Internet Banking tagħhom. Il-messaġġ ikompli billi n-nies jiġi trasferiti lejn website falza li allegatament hija tal-bank u hekk idaħħlu d-dettalji tal-Internet Banking tagħhom.

Fl-istqarrija, il-bank wissa li dan il-messaġġ qed jintbagħat b’mod qarrieqi u mhux qed jintbagħat mill-Bank of Valletta. Il-bank lokali ħeġġeġ lill-pubbliku biex ma jgħafsux fuq il-link u ma jdaħħlu l-ebda dettalji, filwaqt li jħassru l-messaġġ.

Il-bank fakkar li huwa qatt ma jitlob informazzjoni personali dawr il-klijenti bħal 24×7 login, PINs, dettalji tal-kards tal-kreditu, numri tal-kont, passwords jew informazzjoni oħra permezz ta’ emails, telefon, messaġġi jew mezzi oħra ta’ kommunikazzjoni.

Għal aktar għajnuna wieħed jista’ jagħmel kuntatt mal-BOV Customer Service Center fuq 21312020 jew inkella permezz ta’ email [email protected].

Ta’ QabelLi Jmiss