Diversi Ministri għall-Affarijiet Barranin jiddiskutu kif il-Mediterran jista’ jkun aktar ambizzjuż – One News

Notifiki

Diversi Ministri għall-Affarijiet Barranin jiddiskutu kif il-Mediterran jista’ jkun aktar ambizzjuż

It-Tnejn f’Marsilja fi Franza, il-Ministri tal-Affarijiet Barranin min madwar il-Mediterran iltaqgħu sabiex iffirmaw dikjarazzjoni, li l-għan tagħha jkun li tagħmel il-Mediterran wieħed aktar ambizzjuż.

Din id-dikjarazzjoni tinludi fiha temi bħall-edukazzjoni, iż-żgħażagħ, l-ekonomija u l-ambjent.

Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Malti, Carmelo Abela fejn qal kif l-irwol tas-soċjetà ċivili hija importanti flimkien ma’ dik tal-Gvern biex jaħdmu ‘l quddiem fuq diversi temi. Huwa semma’ kif iż-żgħażagħ għandhom irwol importati fis-soċjetà għaliex huma l-mexxejja tal-illum.

Il-Ministru Abela semma’ dawn l-affarijiet hekk parti mill-preparazzjonijiet għal din il-laqgħa tat-Tnejn, f’April f’pajjiżna tlaqqa’ wieħed mill-ħames diskussjonijiet li ddiskutew iż-żgħażagħ u l-edukazzjoni.

Dawn il-Ministri ltaqgħu fuq inżjattiva personali tal-President Franċiż, Emanuel Macron sabiex ikun hemm aktar koperazzjoni reġjonali.

F’laqgħa oħra, il-Ministru Carmelo Abela kellu laqgħa mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Alġerija, Sabri Boukadoum. F’din il-laqgħa ġew diskussi r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi.

Flimkien mal-Ministru Abela kien hemm l-Ambaxxatur Maltija għal Franza, Helga Mizzi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend