Bjorn Vassallo ppreżenta l-viżjoni tiegħu lill-Prim Ministru | One News

Notifiki

Bjorn Vassallo ppreżenta l-viżjoni tiegħu lill-Prim Ministru

It-Tnejn, il-kandidat għall-President tal-MFA, Bjorn Vassallo ppreżenta l-viżjoni tiegħu, ‘Vision 2027 – Forward Together’ lill-Prim Ministru Joseph Muscat.

Fi stqarrija, Vassallo qal li huwa jemmen bi sħiħ li l-awtoritajiet għandhom irwol importanti x’jilagħbu mhux f’sens ta’ politika partiġġjana iżda bħala mezz ta’ kif flimkien inħarsu lejn soċjetà aktar b’saħħitha, mibnija fuq l-għaqda u l-kwalità ta’ ħajja aktar attiva permess tal-futbol.

Vassallo, kompla fl-istqarrija billi qal, kif dan rah iseħħ f’bosta pajjiżi minħabba l-pożizzjoni tiegħu fil-FIFA. Huwa qal kif il-FIFA taħdem mill-qrib ma’ gvernijiet differenti għall-ġid u t-tkabbir tal-futbol madwar id-dinja kollha.

Bjorn Vassallo qal li bl-esperjenza kollha li għandu f’dan il-qasam, dejjem jekk ikun elett f’din il-kariġa, se jkun qed idaħħal prattiċi ġodda u strateġiji konċiżi kif irnexxilhom pajjiżi oħra u huma affarijiet li jistaw jiġu implimentati f’pajjiżna. Dan sabiex Malta tikseb ir-riżultati mixtieqa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend