Adottati sistemi li mistennija jkunu kruċjali għat-tnaqqis fl-emissjonijiet fl-Unjoni Ewropea – One News

Notifiki

Adottati sistemi li mistennija jkunu kruċjali għat-tnaqqis fl-emissjonijiet fl-Unjoni Ewropea

Aktar kmieni t-Tlieta, waqt il-Kunsill tal-Enerġija fil-Lussemburgu, saru diskussjonijiet dwar il-politika esterna fis-settur tal-Enerġija, fosthom dwar l-opportunitajiet u sfidi kbar li jeżistu fl-pajjiżi tal-Afrika, l-Asja u l-Lvant Nofsani.

“Komplejna nibnu fuq id-diskussjonijiet li kellna f’Diċembru li għadda u riżultat ta’ dan, adottajna konklużjonijet dwar sistemi u teknoloġiji tal-enerġija li mistennija jkunu kruċjali għaż-żmien li ġej, għat-tnaqqis tal-emissjonijiet. Dan ifisser li l-pajjiżi Ewropej iżidu aktar l-użu ta’ teknoloġiji nodfa fil-ġenerazzjoni tal-enerġija,” qal il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma Joe Mizzi.

F’dan il-kuntest, issemmiet l-importanza tal-Mediterran u djalogu reġjonali. Issemma’ wkoll l-irwol tal-munita tal-Ewro fil-qasam tal-enerġija, b’mod partikolari l-benefiċċji ta’ meta jsiru tranżazzjonijiet permezz tal-Ewro fis-swieq tal-enerġija.

Il-Ministru Joe Mizzi kellu laqgħa bilaterali mal-Ministru Finlandiż, Katri Kulmuni fejn tkellmu dwar dak li huwa mistenni fis-sitt xhur li ġejjin waqt il-Presidenza Finlandiża tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. “Minn din il-laqgħa deher ċar li l-Finlandja u Malta għandhom ħafna fehmiet li huma simili dwar numru ta’ suġġetti fis-settur tal-Enerġija u dan jawgura tajjeb għaż-żmien li ġej. Ħadna wkoll l-opportunità biex nirrikonoxxu x-xogħol siewi li sar minn Dominique Ristori, li huwa d-Direttur Ġenerali tal-Enerġija fil-Kummissjoni Ewropea u l-koperazzjoni ta’ ħidma li bnejna flimkien tul dan iż-żmien, b’mod speċjali dwar l-ispeċifiċitajiet ta’ Malta bħala gżira fil-periferija tal-Unjoni Ewropea.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend