Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li fl-ewwel tliet xhur tas-sena, pajjiżna kellu surplus ta’ €48.9 miljun fil-kont kurrenti li jinkludi t-tranżazzjonijijiet ekonomiċi u finanzjarji li jkunu saru f’Malta.
L-NSO qal li dan il-bilanċ pożittiv kien riżultat ta’ bilanċ pożittiv fil-qasam tas-servizzi ta’ kważi €826 miljun flimkien ma’ titjib ieħor il-qasam tal-ivvjaġġar u tat-trasport.
Joħroġ ukoll li fl-ewwel tliet xhur tas-sena, il-kont kapitali rreġistra bilanċ pożittiv ta’ €26.5 miljun meta mqabbel ma’ bilanċ pożittiv ta’ €3.4 miljun fl-2018.