L-aħħar tħejjijiet fuq wieħed miż-żewġ ajruplani ġodda tal-Air Malta – One News

Notifiki

L-aħħar tħejjijiet fuq wieħed miż-żewġ ajruplani ġodda tal-Air Malta

Għaddejjin l-aħħar preparamenti biex fiż-żmien li ġej żewġ ajruplani ġodda jingħaqdu mal-flotta tal-Air Malta. 

F’messaġġ fuq Facebook il-Ministru għat-Turiżmu, Konrad Mizzi, qal kif bħalissa għaddejjin l-aħħar preparamenti fuq l-ajruplani l-ġodda tat-tip Airbus A320 neo.

Hekk kif proprju jidher fir-ritratt, għaddejjin l-aħħar tħejjijiet fuq wieħed mż-żewġ ajruplani ġodda tal-Air Malta hekk kif qed jingħata libsa ġdida u xierqa, dik tal-linja tal-ajru Maltija, l-Air Malta.

Il-Minsitru Mizzi qal kif ħidma bħal din turi kif dan il-Gvern qed ikompli jassigura futur sabiħ għall-Air Malta.

Din hi parti mill-istrateġija tal-Air Malta, dik li ssir il-linja tal-ajru tal-Mediterran, u kif permezz tal-introduzzjoni ta’ żewġ ajruplani ġodda se tkun qed tilqa’ ż-żieda fir-rotot.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend