Matthew Vassallo ta’ tlieta u tlettin sena minn Bormla nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat bl-attentat ta’ qtil ta’ ħuh, li darbu gravi, li kien qed iġorr arma fil-ħin tal-każ u li kiser kundizzjonijiet b’rabta ma’ każ preċedenti.
L-akkużat qal lill-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Gabriella Vella li ma kellux intenzjoni lil ħuh waqt argument u li darbu wara li waqa’ fuqu waqt li kien xurban waqt li kien qed iżomm flixkun imkisser.
Qraba tal-aħwa qalu kif l-argument beda meta l-vittma kien qed jilgħab b’mod salvaġġ mat-tifel iż-żgħir tal-akkużat.
Wara li semgħet id-dettalji kollha, il-Qorti ma laqgħetx it-talba għall-ħelsien mill-arrest fid-dawl tal-gravità tal-akkużi u kif ukoll għax hemm xhieda li għadhom iridu jixhdu.