Tfal f'fostering jistgħu jiġu adottati wara 5 snin | One News

Notifiki

Tfal f’fostering jistgħu jiġu adottati wara 5 snin

Illum il-Gvern nieda l-istrateġija Nazzjonali Dwar l-adozzjonijiet. Fil-moħħ ta’ din l-istrateġija ta’ 25 miżura hemm it-tnaqqis ta’ burokrazija tul il-proċess u tisħiħ tal-liġijiet filwaqt li jiġu mħarsa l-aħjar interessi tat-tfal.
Matthew Vella mill-awtorità tal-istandards ta’ ħarsien soċjali sostna li sabiex waslu għal din l-istrateġija tkellmu mal-persuni kollha kkonċernati fosthom mat-tfal u l-familji addottivi. Spjega li dan kien proċess importanti ferm għaliex huma riedu li tinħoloq strateġija li tolqot lil kulħadd.

Vella spjega li din l-istrateġija hija msejsa fuq 3 pilastri; it-tfal, taħriġ u riformi għat-3 snin li ġejjin u l-integrazzjoni. Sostna li dan il-pjan ċar se jiġi implimentat tul dawn it-3 snin li ġejjin.

Il-Ministru għall-familja Michael Falzon sostna li s suġġett tal-adozzjonijiet huwa suġġett jaħraq minħabba d-dinamika tiegħu. Spjega li mhux faċli li twettaq strateġiji u liġijiet fuq suġġett daqstant kumpless li jaffetwa l-futur ta’ persuna. Madankollu huwa laqa’ l-impenn ta’ dawk kollha involuti fix-xogħol li sar tul dawn l-aħħar xhur sabiex illum tnieda d-dokument uffiċċjali. Qal li x-xogħol ta’ implimentazzjoni se jibda mal-ewwel u llum waranofsinhar se jingħaqad kumitat ieħor sabiex qabel il-Parlament jgħaddi għall-vaganzi tas-sajf mistennija jgħaddu it tieni u tielet qari ta’ din il-liġi.

Spjega li s-sena l-oħra f’pajjiżna kien hawn 54 addizzjoni minn 3 pajjiżi differenti; is-Slovakia, l-Portugal u l-Indja. Tenna wkoll l-impenn tiegħu sabiex jiżdiedu wkoll l-addozzjonijiet ta’ tfal minn Malta. Fakkar kif il-miżura li tfal f’fostering ikunu jistgħu jiġu adottati wara 5 snin minflok f’għaxra ntlaqgħet tajjeb minn kulħadd. Fakkar ukoll fil-miżura tal-għotja ta’ €10,000 għall-ġenituri li jkunu adottaw tfal.

Huwa għalaq billi reġa’ tenna li fil-liġi il-ġdida kif ukoll fl-istrategijia huwa importanti li l-interessi tat-tfal jiġu l-ewwel.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend